Is-sid numru tlieta fid-dinja Roger Federer irtira mill-Open tal-Italja qabel il-kwarti tal-finali kontra Stefanos Tsitsipas minħabba li weġġa’ siequ l-leminija. Federer li hu erba’ darbiet finalist f’Ruma, kien qed jikkompeti f’dan l-avveniment għall-ewwel darba mill-2016. L-Iżvizzeru ta’ 37 sena salva żewġ match points biex għeleb lil Borna Coric 2-6, 6-4, 7-6 wara li fir-rawnd preċedenti kien għeleb lil Joao Sousa. Tsitsipas se jilgħab kontra Fernando Verdasco jew Rafael Nadal fis-semifinali.
“Ninsab diżappuntat li mhux se nkun nista’ nikkompeti llum. Mhux 100% fiżikament u wara konsultazzjoni mat-tim tiegħu, ġie deċiż li ma nilgħabx. Ruma dejjem kienet waħda mill-ibliet li nżur u nittama li nirritorna s-sena d-dieħla,” qal Federer.
//= $special ?>