Hekk kif għaddew iktar minn 48 siegħa minn meta l-immigranti kienu salvati ‘il barra mill-kosta tal-Libja, l-għaqda mhux governattiva Sea Watch esprimiet tħassib dwar il-qagħda medika tal-persuni abbord.
Jumejn ilu, il-bastiment Sea-Watch 3 salva 65 immigrant li sabu ruħhom f’diffikultajiet. Fosthom hemm 11-il mara, żewġt itrabi, ħamest’itfal u tmien minuri li m’humiex akkumpanjati minn adulti.
Fuq Twitter, Sea Watch qalet li ħafna mill-persuni abbord il-baħar qed jagħmillhom id-deni u dan qed iwassal għal dehydration.
Barraminhekk hemm mara li sofriet ħruq u li għandha bżonn attenzjoni medika.
Diversi tfal kienu trawmatizzati mill-ħabsijiet fejn kien maqfula fil-Libja u hemm periklu serju li s-saħħa mentali tagħhom tkompli tmur lura.
Sea Watch qalet li ma sabet l-ebda appoġġ mill-awtoritajiet f’Malta, l-Italja u l-Olanda, li hu l-istat ta’ reġistrazzjoni tal-bastiment Sea Watch-3.
Fi zviluppi ohra, jidher li l-bastimenti tal-Guardi di Finanza Taljana waqqfu l-vapur milli jersaq lejn Lampedusa. Il-Vici Prim Ministru Salvini stqarr illi huwa tal-misthija li dan il-vapur li kien f’ibhra Libjani…u wara f’ibhra Maltin…issa qed jisfida l-ordnijiet moghtija mill-awtoritajiet Taljani.
//= $special ?>
