Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-isptar Mater Dei wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza tat-tip Ford ftit tal-ħin ilu fi Triq Sant’ Andrija, San Ġiljan.

Mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident,
Mall-ewwel fuq il-post waslu Pulizija tad-Distrett kif ukoll ambulanza li wasslet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei minħabba ġrieħi li ġarrab.
Il-kundizzjoni tiegħu għada mhux magħrufa.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>