Wara li għamel sitt snin ma jagħmel xejn biex itaffi l-iskariġġ ta’ dawk kollha li jkollhom jivvjaġġjaw ta’ kuljum bejn iż-żewġ gżejjer… u budget wara budget jgħaddi ż-żmien bihom… issa l-Gvern ħareġ bl-aħbar li wasal ir-raba’ vapur.
Aħbar tajba kieku, sakemm tara l-vapur in kwestjoni.
Dan il-vapur, li qed jiġi deskritt bħala skadut u second hand tas-second hand mid-deputat Nazzjonalista Chris Said, mistenni jibda’ jintuża flimkien mat-tlett vapuri li bena (u mhux kera) Gvern Nazzjonalista. Tliet vapuri ġodda mgħammra b’kollox, bil-kumditajiet neċessarji, li jikkuntrastaw mhux ftit mal-bastiment tas-snin tmenin li bih Muscat ħaseb li jista jsodd ħalq l-Għawdxin.
Dan il-vapur se jinkera bil-barka tal-Prim Ministru Joseph Muscat.
Minbarra li l-vapur ghandu 32 sena, hemm problemi oħra u aktar serji bħal nuqqas ta’ aċċessibilità u problema ta’ emissjonijiet fost l-oħrajn.
Dan ukoll minbarra li passiġġieri li jkunu qed jagħmlu użu minn dan il-vapur mingħajr il-karozza se jkollhom jitilgħu fuq il-vapur mir-rampa tal-karozzi għaliex il-vapur ma jlaħħaqqx mat-terminal. Barra minn hekk, dan il-vapur se jinkera bil-crew b’kollox; jiġifieri se jonqos ukoll milli joffri opportunitjiet ta’ mpjiegi lill-Għawdxin.
Bħal ma jagħmel kul darba qabel elezzjoni, il-Gvern reġa’ ħolom b’xi ħaġa biex jipprova jsaħħar lill-Għawdxin. Din id-darba, vapur altru milli skadut.
//= $special ?>