Lokali

“Attakk li jġib stmerrija” – NGOs jirreaġixxu għall-arresti dwar l-omiċidju bi skop razzjali f’Ħal Far

L-Għaqdiet mhux Governattivi aditus, JRS u l-Fondazzjoni Integra fi stqarrija rreaġixxew b’xokk għall-aħbar tal-arrest ta’ suldat li ammetta li qatel immigrant għal skop razzjali.

Filwaqt li jittamaw li t-tieni persuna jiġi arrestat mill-iktar fis possibbli, hekk kif s’issa għadu qed jiġi mfittex, l-NGOs esprimew tama li l-arresti jagħti ftit serħan lill-qraba.

“il-mibgħeda tittradina lkoll, inkluż lil min għamel dan l-att kundannabbli u bla sens,” jiddikjaraw l-NGOs filwaqt li appellaw lill-awtoritajiet, u lil kulħadd, biex jipprevjeni krimini simili issa u fil-futur.