Ambjent Kunsilli Lokali Lokali

Dwar regolamentar u kwalità tal-arja

L-iżvilupp huwa tajjeb, imma n-nuqqas ta’ regolamentazzjoni u x-xogħol bla kunsiderazzjoni lejn l-ambjent u lejn ħaddieħor qed jilħqu livelli ridikoli.

Wara li jumejn biss ilu, il-Kamra tal-Periti talbet għal aktar assigurazzjoni fil-kostruzzjoni sabiex jiġi evitati inċidenti, u wara li l-kwalità tal-arja f’pajjiżna ġiet klassifikata bħala t-tieni l-għar fl-Ewropa, wieħed jistaqsi x’qed isir mill-awtoritajiet konċernati biex jassiguraw li ssir regolamentazzjoni kif suppost u biex l-arja ta’ pajjiżna ma tibqax tiddeterjora b’rata allarmanti.

Filmati bħal dan jitkellmu waħedhom.

Is-Sindku tas-Swieqi Noel Muscat f’kumment li ta lil netnews.com.mt qal li l-Kunsill jiddepplora dat-tip ta’ xogħlijiet li evidentement ma jimxux mar-regolamenti tal-kostruzzjoni u appella biex l-awtoritajiet konċernati jieħdu azzjoni biex ikun hemm infurzar tar-regolamenti fis-siti tal-kostruzzjoni. Hu qal li ħafna residenti qed ikollhomi ibatu l-konsegwenzi anke fiżiċi ta’ dan it-tip ta’ xogħol.