Sport Sport Ieħor

Finali bejn Nadal u Djokovic

(Ritratt: EPA)

Is-sid numru wieħed Novak Djokovic se jilgħab il-finali kontra Rafael Nadal wara rebħa missielta ta’ 6-3, 6-7, 6-3 kontra Diego Schwartzman. Djokovic li salva żewġ match points fil-kwarti tal-finali kontra Juan Martin del Potro, għeleb lil Schwartzman f’sagħtejn u 31 minuta. Nadal li qed jiddefendi dan it-titlu, wasal sal-50 finali tal-Masters 1000 b’rebħa ta’ 6-3, 6-4 fuq Stefanos Tsitsipas f’siegħa u 42 minuta.

Djokovic kien rebaħ iż-żewġ konfronti preċedenti kontra Schwartzman iżda kien għadu ġej minn tliet sigħat logħba kontra del Potro. Is-Serb ta’ 31 sena kiseb is-sitt logħba tas-set deċiżiv biex minn hemm għalaq il-logħba u għadda għad-disa’ finali f’dan it-tournament. Hu qed jipprova jirrepeti r-rebħa fl-Open ta’ Madrid ġimgħa ilu.

Mill-2006, dan se jkun l-54 konfront bejn it-tnejn, b’Djokovic rebaħ 28 minnhom. L-aħħar konfront riċenti kien fl-Open tal-Awstralja ta’ din is-sena, madankollu Nadal iddomina meta lagħbu fuq it-tafal hekk kif rebaħ 16 mit-23 logħba.