Lokali

F’San Pawl il-Baħar il-Gvern abbanduna l-Kunsill Lokali

San Pawl il-Baħar hu wieħed mill-eżempji ta’ kif Kunsilli mmexxija minn maġġoranza Nazzjonalista ppruvaw minn kollox biex jagħamlu d-differenza f’ħajjet ir-residenti, minkejja n-nuqqas ta’ assistenza u t-txifkil mill-Gvern.

Iddikjara dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, waqt żjara fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar u ż-żona ta’ Buġibba u l-Qawra.

Filfatt kien biss ġimgħa qabel l-elezzjoni, li ħaddiema tal-Gvern tqabbdu jnaddfu l-bajjiet tal-madwar … xogħol li l-Gvern kellu jagħmel xhur ilu.

Id-differenza tidher ukoll fit-toroq ta’ din il-lokalità. Adrian Delia kompla billi semma’ il-proġett tal-pixxina tas-Sirens, fejn kellu jkun l-kunsill lokali li jieħu l-inizzjattiva sabiex iwettaq dan il-proġett.