Lokali

Il-PN jikkundanna kull forma ta’ razziżmu – Adrian Delia jirringrazzja lill-Pulizija

Il-Partit Nazzjonalista jikkundanna kull forma ta’ att kriminali razzista, kwalunkwe vjolenza razzista jew kwalunkwe diskriminazzjoni razzista, f’kull forma tagħhom.

Hekk iddikjara fuq Twitter, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fid-dawl tal-arrest ta’ żewġ suldati b’rabta mal-qtil ta’ Lassana Cisse Souleymane. Hu kompla billi apella għal investigazzjoni dettaljata, urġenti, indipendenti u trasparenti għax “din mhix il-Malta li aħna rridu”.

Filwaqt li awgura lill-membri tal-Korp tal-Pulizija għall-ħidma tagħhom biex seta’ jissolva dan il-każ, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li għad fadal ħafna xi jsir biex pajjiżna jerġa’ jkun post verament sigur.