Lokali

AĠĠORNATA: Bħalissa għaddejja l-votazzjoni bikrija

Ftit tas-sigħat ilu beda l-Early Voting fil-counting hall tan-Naxxar, f’madwar 30 residenza tal-anzjani, kif ukoll f’San Vinċenz de Paule u għall-ewwel darba fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Illum għandhom dritt jivvutaw 2823 early voters, li kineu applikaw biex jivvutaw kmieni minħabba safar jew għal raġunijiet ta’ saħħa, kif ukoll 3989 votanti li jinsabu f’residenzi jew faċilitajiet.

Intant dawk kollha li se jivvutaw is-Sibt 25 ta’ Mejju u li għadhom ma ġabrux il-vot tagħhom jistgħu jagħmlu dan illum is-Sibt sal-10.00 ta’ filgħaxija u għada l-Ħadd sas-1.00 ta’ waranofsinhar mill-għases tal-lokalità jew mill-kunsill.

Dawk għal xi raġuni ma jilħqux jiġbru d-dokumenti tal-vot sa għada mill-għases ikollhom l-aħħar ċans biex jagħmlu dan nhar it-Tlieta 21 u l-Erbgħa 22 ta’ Mejju bejn it-8.00 ta filghodu u -10 ta’ filghaxija, u l-Ħamis 23 ta’ Mejju bejn it-8.00 ta’ filgħodu u nofsillejl. F’dawn il-ġranet il-ġbir isir mis-sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar jew mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità fir-Rabat Għawdex.

It-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ħamis isir ukoll it-tqassim tal-voti ta’ dawk l-anzjani jew persuni b’nuqqas ta’ mobilità li ma ġabrux id-dokumenti tagħhom mill-għases u li talbu li jitwasslilhom il-vot id-dar.

Dawk li jixtiequ jagħmlu użu minn dan is-servizz għadhom jistgħu jagħmlu dan billi jċemplu lill-Elcom fuq 25965207 jew jagħmlu kuntatt mal-kummissjoni elettorali.