Lokali

Joseph Muscat imgiddeb; jaħrab mid-dibattitu ta’ Xarabank

Għandna d-dover li lin-nies intuhom il-verita’, jisimgħu u jixtarru l-ideat tal-partiti u mbagħad jiddeċiedu. Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia intervistat waqt il-programm 10Q. Il-programm ixxandar fl-istess ħin li Adrian Delia kellu jiddibatti mal-Prim Ministru Joseph Muscat  fuq Xarabank, iżda Muscat ma’ aċċettax li jattendi għad-dibattitu.

Adrian Delia qal li Muscat mhux komdu jiddibatti u tenna li dan hu parti mill-istrateġija tal-Partit Soċjalista li juża l-flus tal-Gvern biex iwassal u jinstema’ l-messaġġ tiegħu biss mingħajr dibattitu.

Adrian Delia qal li mhux veru dak li qal Joseph Muscat li kien hemm xi ftehim li jkun hemm żewġ dibattiti biss bejn il-mexxejja. Lanqas ma hu veru li kien hemm xi qbil dwar li l-Parlament jaġġorna għal wara l-elezzjoni tal-25 ta’ Mejju.C

Mistoqsi dwar il-proposta soċjalista li t-tassazzjoni ma tibqax xi ħaġa li tkun deċiża mill-Gvern Malta, Adrian Delia qal  li l-Manifest tas-Soċjalisti Ewropej, is-soċjalisti Maltin għamluh tagħhom.  Il-Kap tal-PN qal li jidher li l-interess ta’ Muscat m’għadhiex Malta iżda li jingħoġob  ma’ sħabu Ewropej biex jaħseb għal rasu.C

Dwar il-messaġġ tal-PN dwar il-politika tiegħu dwar il-kanċer, Adrian Delia qal li aħna qegħdin fil-politika biex ngħinu lin-nies.

Dwar id-deċiżjoni tal-Qorti rigward il-pubblikazzjoni Egrant, il-Kap tal-PN qal li l-Qorti stabbiliet prinċipju importanti  li l-Oppożizzjoni għandha l-istess dritt tal-informazzjoni u l-istatus ta’ watchdog daqs l-istampa. Il-Qorti irrikonoxxiet ukoll li r-rapport hu ta’ importanza pubblika.Dwar l-aħbar li l-Gvern kera vapur suppost ġdid iżda li fir-realta’ hu iktar antik mill-vapuri eżistenti tal-Gozo Channel, il-Kap tal-PN qal li dan hu sintomu ta’ Gvern f’paniku u li jipprova jidħaq bin-nies.