Lokali

Joseph Muscat jibqa’ jaħrab

Mhux veru li kien hemm ftehim biex ikun hemm żewġ dibattiti biss bejn il-Mexxejja taż-żewġ partiti għall-kampanja tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali.

Dan sostnieh il-Kap tal-PN Adrian Delia waqt konferenza tal-ahbarijiet il-Gimgha filghaxija quddiem il-bini tal-istazzjon nazzjonali, ftit hin qabel suppost kellu jsir id-dibattitu bejnu u bejn Joseph Muscat fuq Xarabank, iżda li Joseph Muscat ħarab minnu. C

Lanqas ma hu veru dak li qed jgħid Muscat li kien hemm ftehim bejn iż-żewġ naħat biex il-Parlament jaġġorna għal wara l-elezzjoni tal-25 ta’ Mejju.  Adrian Delia qal li kien hemm 6 seduti qabel l-elezzjoni b’diversi kelliema lesti biex jiddiskutu suġġetti importanti fosthom l-Awtorita’ dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni.

Il-Kap tal-PN qal li filwaqt li l-Prim Ministru ilu jgħid li l-elezzjoni hi bejn il-mexxejja u li jrid jiddibati numru ta’ suġġetti, Muscat għażel li jaħrab mid-dibattiti.Hu temm li dan l-aġir hu tentattiv ta’ kontroll tal-informazzjoni mill-Gvern dwar x’jixxandar fuq l-istazzjon tal-Istat. Dan hu wkoll tnaqqir tal-informazzjoni aċċessibbli għall-poplu, ġranet biss qabel l-elezzjoni.