Manchester City jibdew favoriti li jirbħu t-tielet unur tagħhom f’dan l-istaġun hekk kif illum f’Wembley Stadium jilagħbu l-finali kontra Watford. F’dan l-istaġun, Manchester City rebħu l-League Cup u l-ġimgħa l-oħra assiguraw il-Premier League.
Minn meta ġiet introdotta l-League Cup fl-1960, l-ebda tim Ingliż ma rebaħ it-tliet unuri domestiċi fi staġun. Biex waslu sal-finali, City eliminaw lil tliet timijiet mill-kampjonati ż-żgħar u żewġ timijiet mill-Premier League. Huma waslu sal-finali tal-kompetizzjoni għall-11-il darba iżda din se tkun l-ewwel finali mill-2013. Huma rebħu l-FA Cup ħames darbiet iżda minn kemm ilhom li ħadu t-tmexxija tal-klabb il-grupp minn Abu Dhabi rebħu l-kompetizzjoni darba biss.
Watford se jilagħbu llum wara rimonta mill-aqwa kontra Wolves fis-semifinali. Huma kienu żewġ gowls minn taħt fit-62 minuta u spiċċaw rebħu fil-ħin barrani. Aktar minn hekk, Watford jidħlu fl-Europa League jekk jirbħu dan it-trofew. Din se tkun it-tieni dehra tagħhom fil-finali tal-FA Cup wara li kienu tilfu 2-0 kontra Everton fl-1984.
Fernandinho u Benjamin Mendy mistennija jirkupraw fil-ħin filwaqt li Fernandinho u Kevin De Bruyne jinsabu dubjużi. Għal Watford, Jose Holebas se jkun disponibbli wara t-tneħħiet il-karta l-ħamra li rċieva fl-aħħar logħba. L-uniċi plejers li mhux se jkunu għad-dispożizzjoni ta’ Javi Gracia huma Domingos Quina u Sebastian Prodl.
//= $special ?>