Futbol Sport

Roma miżmuma minn Sassuolo

(Ritratt: EPA)

Roma fallew żewġ punti importanti fit-taqtigħa li jiksbu post fiċ-Champions League meta kienu miżmuma fi draw ta’ mingħajr gowls fil-Mapei Stadium kontra Sassuolo. Huma laqtu l-lasta darbtejn minn Edin Dzeko u Justin Kluivert.

Udinese huma salvi wara li fid-Dacia Arena għelbu lil Spal 3-2. SAMIR fetaħ l-iskor wara ħames minuti b’daqqa ta’ ras minn free-kick, biex STEFANO OKAKA skorja doppjetta bejn il-31 u l-35 minuta. ANDREA PETAGNA naqqas id-distakk fit-53 minuta b’xutt mill-kaxxa, biex MATTIA VALOTI daħħal lit-tim tiegħu fil-logħba mas-siegħa logħob iżda ma kienx biżżejjed biex jevitaw it-telfa.

Genoa għadhom jissugraw li jkunu relegati wara draw ta’ 1-1 fi Stadio Marassi. LEONARDO PAVOLETTI poġġa lil Cagliari fil-vantaġġ wara 40 minuta b’xutt sabiħ mill-kaxxa, iżda Genoa evitaw it-telfa fid-89 minuta minn penalty ta’ DOMENICO CRISCITO.