Ftit sigħat oħra, u Michela Pace tkun fuq il-palk tat-Tel Aviv Expo biex għal darboħra tagħti l-interpretazzjoni tagħha tal-kanzunetta Chameleon.
L-ambaxxatriċċi Maltija se tkun l-ewwel waħda li tkanta fil-finali tal-lejla fl-Iżrael. Din hi l-ewwel darba li Malta se tkun qed tkanta fl-ewwel post f’din il-kompetizzjoni, mhux biss f’dik li hi s-serata finali imma anke f’dawk tas-semi finali.
Fl-aħħar serata ta’ din il-kompetizzjoni se jkunu qed jipparteċipaw 26 pajjiż, bil-bookmakers fl-aħħar sigħat ipoġġu lil Duncan Laurence tal-Olanda bil-kanzunetta Arcade fl-ewwel post, u Zero Gravity tal-Awstralja fit-tieni post. Michela tinsab fil-11-il post.
Il-kanzunetta Maltija se jkolha kompetizzjoni iebsa fis-serata tal-lejla, iżda ż-żgħażugħa Maltija tinsab determinata li tagħti l-aqwa interpretazzjoni ta’ Chameleon.
Illejla wkoll hemm stennija kbira għall-prestazzjoni li se tagħti l-kantanta famuża Madonna li se tkun qed tkanta żewġ kanzunetti tul is-serata.
Tkanta wkoll Netta, ir-rebbieħa tas-sena l-oħra fil-Portugall, li se tinterpreta l-kanzunetta ġdida tagħha Nana Banana.
//= $special ?>