Lokali

Żagħżugħ Xagħri l-isptar t’Għawdex wara inċident bil-mutur

L-isptar ġenerali ta' Għawdex - Mill-Arkivji

Għawdxi ta’ 22 sena iddaħħal l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura wara li kien involut f’inċident bil-mutur.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.00pm meta ż-żgħażugħ, residenti x-Xagħra, Għawdex, tilef il-kontroll tal-mutur tat-tip Suzuki f’inċident li seħħ fi Triq ix-Xħajma, ix-Xewkija.

Fuq il-post issejjħu l-Pulizija tad-Distrett kif ukoll ambulanza li ħadet lix-Xagħri l-Isptar t’Għawdex għall-kura, fejn instab li qed isofri minn grieħi ta’ natura serja.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.