Lokali

Anzjan isofri minn ġrieħi gravi

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa Triq Nicolo` Isouard, tas-Sliema.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel mhux magħruf avviċina mara ta’ 87 sena u raġel ta’ 91 sena, residenti tas-Sliema u seraq ġiżrana minn ma’ għonq il-mara filwaqt li mbotta lir-raġel, li b’konsegwenza t’hekk dan waqa` ma’ l-art.

Fuq il-post issejaħ tim mediku li permezz t’ambulanza, ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata lkura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Tags