Lokali

Ġbir ta’ dokumenti tal-vot

Sallum fis-siegħa ta’ wara nofsinhar kien l-aħħar ċans biex jinġabru d-dokumenti tal-vot mill-għases tal-pulizija. Minn għada t-Tnejn sa nhar il-Ħamis f’nofs il-lejl, id-dokumenti jistgħu jinġabru mill-Uffiċju Elettorali fin-Naxxar, dak li qabel kien it-Trade Fair Grounds.

Sal-Ħadd filgħodu fl-għases tal-pulizija kien għad baqa’ x’jinġabru 47, 904 dokument tal-vot għall-elezzjonijiet tal-parlament ewropew u mija u elf sitt miegħa u tlieta u sebgħin dokument tal-vot għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.

Intant is-Sibt saret il-votazzjoni bikrija għal dawk li nhar il-25 ta’ Mejju mhux ser ikun possibli għalihom jivvutaw fosthom l-assistenti kummissjonarji li se jkunu qed jgħinu waqt il-votazzjoni, dawk li se jkunu msefrin kif ukoll dawk li se jkunu rikoverati fl-isptar.

Minn dawk li kienu eleġibbli li jivvutaw is-Sibt, tefgħu l-vot tagħhom 83.5% fil-votazzjoni għall-membri tal-parlament Ewropew, jiġifieri sitt elef mija u tmienja u sittin votant.

Fil-kas tal-elezzjonijiet lokali, fl-elezzjoni bikrija vvutaw punt perċentwal anqas, jiġifieri 82.8%, li jammontaw għal sitt mija, mija u ħamsa u tmenin vot.

Infakkru li biex wieħed jiġbor id-dokument tal-vot, importanti li jkollu miegħu l-karta tal-identita’.