Sport Sport Ieħor

Ikunu magħrufa s-semi-finalisti tal-kampjonat Premier

Tiġrijiet taż-Żwiemel

Kenneth Vella

Meta l-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa saret il-25 laqgħa tal-istaġun, ingħata l-bidu għall-kampjonat Prix De Vincennes għal żwiemel Franċiżi tal-klassi Premier. Dan permezz ta’ erba’ heats fuq distanza qasira ta’ 2140m u li minnhom 24 żiemel għaddew ghas-semi finali.

Fl-ewwel heat tal-aqwa klassi kien Amigo Turgot (Salvu Vella) li ħa l-ewwel rebħa fi xtutna. Dan okkupa l-ewwel pożizzjoni tul id-distanza kollha u qasam il-linja finali l-ewwel faċilment, b’vantaġġ ta’ żewġ tulijiet mill-ġdid Auteur (Kurt Saliba). Id-debuttanti Aufor De Mire (Michael Axisa) u Ugophenio (Brian Zammit) flimkien ma’ Alain d’Occagnes (Ludvic Ghigo) u Titan De Begadan (Michael Mifsud) għaddew għas-semi finali.

Min naħa tiegħu Urgah Du Rib (Charles Camilleri), fir-ritorn tiegħu dan l-istaġun, irnexxilu jtemm rebbieħ fit-tieni heat tal-aqwa klassi. Dan ittrijonfa mhux qabel ma xejjen l-isfida ta’ Tallien (Melvin Farrugia) fid-dritta finali. Uttingeois (Herman McKay), Un Amour Du Pont (Andrew Farrugia), Rififi Nonantais (Rodney Gatt) u Utopiste (Jesmar Gafa’) kellhom ukoll pjazzament pożittiv.

Fit-tielet heat mill-istess kompetizzjoni, Rodney Gatt poġġa lill-ġdid Alf De Melandre dawra mit-tmiem. Din id-decizjoni waslet biex dan iż-żiemel jieħu l-ewwel rebħa f’Malta faċilment b’tul minn Un Carless Blue (Charles Camilleri) u Uno Dancer (Jesmar Gafa’). Ziemel iehor ġdid, Visa De Juigne (Paul Galea) temm ir-raba’ minn Un Satin Rose (Noel Baldacchino) u A Nous Bosdarros (Andrew Farrugia).

Axel Tilly (Julian Farrugia) ukoll akkwista t-tielet rebħa staġjonali fir-raba’ heat Premier. Dan iddomina tul id-distanza u qasam il-linja finali l-ewwel minn Uriako De Villiere (Charles Camilleri), Upman (Noel Baldacchino) u Urido d’Alban (Clint Vassallo). Vif d’Or Du Poli (Carmelo Farrugia) u Until Oaks (Owen Borg) kienu l-aħħar żwiemel li għaddew għall-fazi li jmiss.  

Ir-rizultati kollha

I Tiġrija. Heat Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Udako (A. Farrugia) Hin – 2.45” (1.17.1”) 2. Baud Breton (C. Agius) 3. Vulcain De Corbery (N. Baldacchino) 4. Blueberry De Couet (N. Spiteri)

II Tiġrija. Heat Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Valencio Du Maza (C. Camilleri) Hin – 2.42.8” (1.16.1”) 2. Cadumroc (N. Baldacchino) 3. Va Tout Steed (R. Gatt) 4. Volfoni Du Plessis (D. Baldacchino)

III Tiġrija. Heat Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Village Natal (N. Baldacchino) Hin – 2.43.4” (1.16.3”) 2. Uranus Darche (A. Cortis) 3. Takinou d’Axel (J. C. Pace) 4. Valawi (C. Agius)

IV Tigrija. Heat Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Voici De Lahaye (M. Cauchi) Hin – 2.43.8” (1.16.6”) 2. Bahia De Bougy (P. Galea) 3. Uttar Pradesh (N. Baldacchino) 4. Ange Du Porto (C. Vassallo)

V Tiġrija. Heat Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Boxeur d’Or (I. Bilocca) Hin – 2.44.2” (1.16.7”) 2. Born To Gis (C. Agius) 3. Ubu Du Metz (C. Camilleri) 4. Vamos Jet (B. Zammit)

VI Tiġrija. Heat Prix De Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Amigo Turgot (S. Vella) Hin – 2.40” (1.14.8”) 2. Auteur (K. Saliba) 3. Aufor De Mire (M. Axisa) 4. Ugophenio (B. Zammit) 5. Alain d’Occagnes (L. Ghigo) 6. Titan De Begadan (M. Mifsud) 

VII Tiġrija. Heat Prix De Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Urgah Du Rib (C. Camilleri) Hin – 2.40.1” (1.14.8”) 2. Tallien (M. Farrugia) 3. Uttingeois (H. McKay) 4. Un Amour Du Pont (A. Farrugia) 5. Rififi Nonantais (R. Gatt) 6. Utopiste (J. Gafa’)

VIII Tiġrija. Heat Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Alexia Des Mires (P. Galea) Hin – 2.45” (1.17.1”) 2. Auteur Compositeur (A. Farrugia) 3. Delicious Charm (M. Seguna) 4. Vidocq De Piervive (C. Camilleri)

IX Tiġrija. Heat Prix De Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Alf De Melandre (R. Gatt) Hin – 2.40.3” (1.14.9”) 2. Un Carless Blue (C. Camilleri) 3. Uno Dancer (J. Gafa’) 4. Visa De Juigne (P. Galea) 5. Un Satin Rose (N. Baldacchino) 6. A Nous Bosdarros (A. Farrugia)

X Tiġrija. Heat Prix De Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Axel Tilly (J. Farrugia) Hin – 2.40” (1.14.8”) 2. Uriako De Villiere (C. Camilleri) 3. Upman (N. Baldacchino) 4. Urido d’Alban (C. Vassallo) 5. Vif d’Or Du Poli (C. Farrugia) 6. Until Oaks (O. Borg)

XI -il Tiġrija. Heat Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Vasco De Montmarce (J. Gafa’) Hin – 2.42.3” (1.15.9”) 2. Ultra Dag (F. Casha) 3. Viens Tu Diego (C. Camilleri) 4. Vaillant Marceaux (R. Gatt)