Għal darb’oħra l-Prim Ministru Joseph Muscat falla milli jgħid jekk hu personali hux favur jew kontra l-qtil tat-tarbija fil-ġuf.
F’attività politika tal-Partit Soċjalista f’Ħal Qormi, Joseph Muscat ħarab milli jindirizza s-suġġett tal-abort – punt li s-Soċjalisti Ewropej għamluh wieħed mill-aktar punti ewlenin fil-manifest elettorali tagħhom. Manifest li s-Soċjalisti Maltin approvaw bi ħġarhom f’Madrid, kif ukoll meta fl-ewwel ta’ Mejju l-Prim Ministru flimkien mal-bqija tal-Partit Soċjalista laqgħu lil kandidat Ewropew Frans Timmermans fi Pjazza Kastilja. SHOW JM WITH FT fi pjazza kastilja
Kliem Joseph Muscat juri b’mod ċar dak li qed jiprova jaħbi.
Il-Prim Ministru naqas milli jindirizza s-sitwazzjoni prekarja tal-ħaddiema barranin li qed jaħdmu fuq bażi ta’ cheap labour. Dan hekk kif skont Joseph Muscat il-barranin li qed jinġiebu Malta, qed jaħdmu dak ix-xogħol li skont hu m’humiex denji għall-Maltin.
Il-Gvern Soċjalista ta’ Joseph Muscat bl-aktar mod ċar qed jinqeda bil-barrani mingħajr ebda skrupli. Il-Gvern immexxi minn Joseph Muscat spiċċa sar wieħed bla pjan b’mudell ekonomiku li jkabbar il-popolazzjoni bla ħsieb u jżid ic-cheap labour għall-impjegati Maltin, Għawdxin u mhux biss.
Fuq naħa għandek ħaddiem li jaħdem lejl u nhar biex jgħaqqad paga deċenti u min-naħa l-oħra għandek l-prezzijiet tal-ikel u l-ħwejjeġ li qed jogħlew. Fuq naħa għandek ommijiet u missirijiet li mhux iqattgħu ħin biżejjed ma’ uliedhom u min-naħa l-oħra l-paga Maltija ma tiżdied qatt – bl-inqas rata ta’ żieda fl-Ewropa.Dan kollu jikkontrasta mal-bidla pożittiva li ġab il-Partit Nazzjonalista għaliex verament kellu u għandu pjan fit-tul.
//= $special ?>