Lokali

Katavru ta’ Mosti jinstab fil-baħar qrib Kemmuna

Mill-arkivji

Ġisem bla ħajja ta’ raġel mill-Mosta ntlemaħ fil-baħar biswit is-Sikka ta’ Kemmuna.

It-tfittxija ingħatat bidu tard is-Sibt filgħaxija hekk kif il-Pulizija ġew informati bis-sejba fejn immedjatament infurmaw lill-Forzi Armati ta’ Malta li permezz tal-patrol boat u helikopter dalgħodu rnexxielhom jillokalizzaw u jtellgħu lill-katavru mill-baħar.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jirriżulta li l-ġisem bla ħajja huwa ta’ raġel ta’ 67 sena mill-Mosta li aktar kmieni kien ħareġ jistad.

Sadanittant bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Paul Coppini li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.