Godwin Schembri, eks suldat tal-Forzi Armati ta’ Malta, jistqarr d-dispjaċir tiegħu li hu kien spiċċa mkeċċi mill-Armata minħabba video privat li spiċċa jdur fuq il-media soċjali.

Dan filwaqt li fl-armata ddaħħlu nies li huma riċedivi u wieħed minnhom spiċċa nvolut fil-qtil ta’ Lassana Cisse. Sa issa ż-żewġ akkużati għadhom parti mill-Forzi Armati ta’ Malta.
Schembri jistqarr b’mod ċar li l-Brigadier Jeffrey Curmi missu jistħi li daħħal lil dawn in-nies b’passat kriminali fl-Armata. F’post fuq il-media soċjali Godwin Schembri jisħaq li ħass li kellu jitkellem fil-pubbliku biex meta jikbru t-tfal tiegħu jkunu jafu li missierhom tkellem favur is-sewwa.
Filfatt, l-istesss Schembri kien ippreżenta protest ġudizzjarju fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fejn qed jallegga li huwa tkeċċa b’mod inġust u li għandu jerġa’ jingħata l-impieg lura.
Godwin Schembri tkeċċa mix-xogħol f’Novembru li għadda fuq wara filmat li nġibed bħala ċajta dwar il-Forzi Armati ta’ Malta, mentri dawn iż-żewġ suldati għadhom ma tkeċċewx mill-Armata.
Wara t-tkeċċija ta’ ħuha, oħt Godwin Schembri kienet ikkundannat lill-awtoritajiet li qalet li jużaw is-saħħa mal-ħaddiema komuni imma jagħtu positions of trusts lill-frodisti.
//= $special ?>