Lokali

L-ebda kundanna fil-konfront ta’ Kurt Farrugia

Joseph Muscat għadu ma kkundannax lill-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern tieghu fl-uffiċċju miegħu li pprova jippolitiċizza l-qtil ta’ persuna barranija innoċenti.

Il-Partit Nazzjonalista qal li dan juri kif Joseph Muscat imexxi bil-politika tal-konvenjenza meta l-ewwel għamel żmien isabbat saqajh bil-pushbacks u jgħid li l-ħaddiema barranin tajbin biss biex jiġbru l-iskart imbagħad quddiem każ ferm sensittiv jonqos milli jċanfar lil sieħbu meta hija tal-mistħija li pprova jippolitiċizza kaz ta’ importanza nazzjonali.

Dan huwa gvern li ma jimpurtahx, iddikjara l-Partit Nazzjonalista ftit tas-sigħat biss wara li talba biex tintrefa’ r-responsabbiltà politika ma ntlaqgħetx. Filfatt il-Ministru tal-Intern Michael Farrugia, li hu l-Ministru responsabbli wkoll mill-Armata, iddikjara mas-sit LovinMalta li mhux se jerfa’ l-ebda responsabbiltà politika b’rabta ma’ dan il-każ.