Il-kanzunetta ‘Arcade’ rebħet il-festival tal-Eurovision 2019 li sar f’Tel Aviv is-Sibt filgħaxija.
Il-kanzunetta tal-Olanda kienet interpretata mill-kantant ta’ 25 sena Duncan Laurence.
L-Italja ġiet fit-tieni post, filwaqt li r-Russja ġiet fit-tielet post.
Chameleon ta’ Michela ġiet klassifikata fis-16-il post.
Għal Malta, kienet serata kemmxejn diżappuntanti. Pajjiżna ħa punti mill-ġuriji ta’ bosta pajjiżi, għalkemm ħadd ma tana 12-il punt.
Mill-vot tal-pubbliku Malta ħadet biss 20 punt minn madwar l-Ewropa kollha.
Fost l-attrazzjonijiet ewlenin tas-serata kien hemm ix–show ta’ ftit minuti li tat il-kantanta popolari Madonna – parti tal-ispettaklu li rċieva kritika konsiderevoli fuq il-media soċjali.
Net News tkellem ma’ Michela li aktar kmieni l-Ħadd filgħodu waslet lura pajjiżna minn Tel Aviv.
//= $special ?>