Lokali

Messaġġ wieħed favur il-Maltin

Fl-attività politika tal-Partit Nazzjonalista fis-Siġġiewi, il-kelliema kollha kellhom messaġġ komuni favur il-familji Maltin u favur Malta.

Id-Deputat tal-Partit Nazzjonalista u Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar, sostna li kif jista’ l-Gvern Soċjalista jitwemmen fuq il-kunsilli lokali, jekk qatt ma emmen fihom… il-Kunsilli Lokali qatt ma kienu s-super favoriti tiegħu.

Robert Cutajar sostna li l-kriminalità f’diversi lokaltajiet qed tiżdied bis-sigħat. Hemm bżonn li tiżdied is-sigurtà f’kull belt u raħal, għalhekk il-PN qed jipproponi li ssir community policing biex il-poplu Malti u Għawdxi jħossu sigur. Sostna li huwa biss l-PN li jemmen fil-Kunsilli Lokali u għandu għal qalbu l-valuri tal-poplu Malti. Dan għaliex finalment pajjiżna jixraqlu l-aħjar.C

Il-Kandidat għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew Michael Mercieca saħaq li waqt diversi żjarat li kellu innota li għandna Gvern li ma jimpurtahx mill-bdiewa u r-raħħala. Michael Mercieca sostna li l-Partit Laburista dejjem tkellem kontra l-Unjoni Ewropea u l-Kunsilli Lokali għalhekk huwa biss il-Partit Nazzjonalista li jista’ jagħti garanzija lil pajjiżna. Huwa temm jgħid li huwa biss permezz ta’ tmexxija għaqlija li nistghu nimxu ‘l quddiem.

Fid-diskors tiegħu l-Kandidat għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew Frank Psaila saħaq li fuq livell Ewropew huwa lest li jservi lill-Maltin kollha.. lill-kaċċaturi, lis-self employed, liż-żgħażagħ u l-istudenti. Il-PN huwa kommess li jibni fuq it-tajjeb li sar fl-aħħar ħames snin fil-Parlament Ewropew u se joffri ideat ġodda għal politika aħjar għan-nies. Frank Psaila saħaq li l-PN qed joħoroġ l-id tal-ħbiberija għal kulħadd.

L-MEP Nazzjonalista David Casaqal li tul dawn l-aħħar ħames snin l-MEP’s Nazzjonalisti ħadmu favur l-interessi tal-poplu Malti kollu. Pajjiżna qed jitlef il-valuri tiegħu u allura nhar is-Sibt il-poplu Malti jrid jibgħat messaġġ biex nissalvagwardjaw il-valuri li qed jintmermu f’pajjiżna. Casa temm jgħid li l-PN jemmen fil-valuri tas-sewwa  u jiddefendi s-sewwa għax finalment is-sewwa jirbaħ żgur.