Lokali

Raġel ta’ 26 sena fil-periklu tal-mewt

Sewwieq ta’ 26 sena mill-Pietà jinsab fil-periklu tal-mewt hekk kif jidher li tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu, tat-tip Mazda B2500 u ħabat f’siġra.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-8:40 ta’ dalgħodu fi Triq Diċembru Tlettax, il-Marsa.

Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza li ħadet lis-sewwieq l-isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard il-ġuvni ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.