Dalgħodu, għall-ħabta tal-għaxra u kwart raġel ta’ 58 sena residenti Birżebbuġa tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Yamaha, u nqaleb. L-inċident seħħ fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>