Sport

Sport Extra speċjali ġimgħa qabel il-bidu tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar

Illum fuq Net Television mis-6.05pm ‘l quddiem jixxandar it-30 programm Sport Extra bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.

L-importanza fil-programm se tkun fuq l-edizzjoni 2019 tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa li se jsiru fil-Montenegro mis-27 ta’ Mejju sal-1 ta’ Ġunju. Fil-programm se jkun hemm l-viżwal għat-telespettaturi biex jieħdu idea ta’ dak li Montenegro se joffri.

Charles Camenzuli ltaqa’ mad-Direttur tal-Isport tal-Kumitat Olimpiku Malti Ivan Balzan, kif ukoll max-Chef de Mission tal-kontinġent Malti Paul Sultana. Magħhom ġew diskussi bosta punti dwar il-parteċipazzjoni Maltija kif ukoll x’wieħed jistenna minn dan il-Logħob.

Il-muntaġġ tas-servizzi fil-programm sar minn Samira Cachia Spiteri filwaqt li l-filmati ttieħdu minn Joe Sultana.