Hekk kif ninsabu fl-aħħar ġimgħa tal-kampanja elettorali għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u dawk tal-kunsilli lokali, tlett gazzetti għamlu stħarriġ tal-opinjoni publika differenti fejn l-interpretazzjoni ewlenija li toħroġ minnhom hi li dawk li beħsibhom joqgħodu d-dar jew jivvutaw lill-partiti ż-żgħar se jkunu qed jirregalaw ir-raba siġġu lill-Partit Laburista.
Jidher li kien hemm tnaqqis percentwali fid-distakk bejn il-partiti ghas-surveys tal-Maltatoday u t-Times of Malta imma zieda f’dak tat-Torca.
Waqt li l-Prim Ministru Joseph Muscat reġa’ qal ma’ The Malta Independent li l-Partit Laburista mhux se jġib ir-raba’ siġġu, mill-istħarriġ jidher il-PN jitlef it-tielet siġġu jekk ma’ joħorġux jivvotawlu dawk li vvotaw fl-2017 u jivvotaw lill-kandidati kollha tal-Partit Nazzjonalista.
Is-survey tal-Malta Today juri li d-distakk bejn iż-żewġ partiti naqas minn 15% ghal 13% li jfisser tnaqqis ta’ żewġ punti perċentwali fuq l-istħarriġ tal-Malta Today li sar fil-bidu ta’ dan ix-xahar. Il-Maltatoday tirraporta li f’dan is-survey żdiedu l-votanti indeċiżi li tela minn 12.4% għal 18.4% filwaqt li dawk Ii qed jgħidu li mhux se jivvotaw baqgħu madwar 9%.
Is-survey tat-Times of Malta juri tnaqqis fid-distakk bejn iż-żewġ partit ta’ 7 punti perċentwali fuq l-aħħar stħarriġ tat-Times stess f’Marzu li għadda. Is-survey tat-Times jgħid ukoll li 6% ta’ dawk li wieġbu qed jgħidu li ddispjaċihom minn kif ivvotaw fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet. 15% minn dawn se jivvotaw lill-Partit Laburista filwaqt li 35% se jivvotaw lill-Partit Nazzjonalista.
Fit-tielet survey li ġie ppublikat illum, it-Torċa turi żieda fid-distakk bejn il-partit politici ta’ 3.6% fuq is-survey tagħha stess tal-5 ta’ Mejju. It-Torċa tgħid li d-distakk qed jivvantaġġja aktar lill-Partit Labursita għaliex hemm ħafna iżjed Nazzjonalisti li qed jgħidu li mhux se jivvotaw jew li se jivvotaw partiti oħra.
Is-surveys juru b’mod ċar li l-Partit Nazzjonalista f’dawn l-elezzjonijiet jibqa’ l-underdog, u li għand min se jmur it-tielet siġġu se jiġi deċiż, minn kemm minn dawk li vvotaw lill-Partit Nazzjonalista fl-aħħar elezzjoni ġenerali jerġgħu jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-Partit Nazzjonalista f’din l-elezzjoni. Mill-istħarriġ ippublikati llum joħroġ ċar li dawk li din id-darba jagħżlu li jibqgħu d-dar jew li jivvotaw lill-Partiti oħra se jkunu qed jirregalaw ir-raba’ siġġu lill-Partit Laburista.
//= $special ?>