Lokali Qorti

9 xhur ħabs għal Roddy Williams

Illum quddiem il-Qorti tal-Maġistrati deher Roddy Swinton Williams wara li kiser il-kundizzjonijiet tal-Qorti fuq libertà proviżorja. Huwa kien mixli li stupra u prova joqtol lil martu Natalie Williams.

Williams kien instab ukoll mill-Pulizija waqt rejd għad-droga, wara 45 ġurnata mfittex. Huwa kien imfittex b’mandat ta’ arrest wara li ma ffirmax fl-għassa skont il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja.

L-imputat kien ingħata l-ħelsien mill-arrest f’Ottubru 2018 b’diversi kundizzjonijiet fosthom b’depozitu ta’ €3,000 u granazija personali ta’ €60,000.

Wara li kkunsidrat ix-xhieda, il-prosekuzzjoni, l-avukati difensuri u d-dokumenti kollha preżentati, il-Qorti sabet lil Roddy Williams riċediv u ħati u għalhekk ordnatlu 9 xhur ħabs.

Williams se jitlef il-garanzija personali ta’ €60,000 u €3,000 depożitu.

Il-Qorti ġiet ippreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech.