Sport Sport Ieħor

Alonso jonqos li jikkwalifika għat-tellieqa tal-Indy 500

Id-darbtejn Champion tal-Formula 1 Fernando Alonso falla bi ftit milli jikkwalifika għat-tellieqa Indianapolis 500 hekk kif il-Franċiż Simon Pagenaud kiseb il-pole position għat-tellieqa tal-Ħadd li ġej. Kyle Kaiser għeleb lil Alonso għall-aħħar post f’taqtigħa bejn sitt karozzi biex tiġi determinata l-aħħar filliera fit-tellieqa ta’ 33 karozza. Kaiser kellu medja ta’ 227.372 mil fis-siegħa fl-erba’ dawriet, 0.019 mil fis-siegħa qabel Alonso.

L-Ispanjol kien tilef il-kontroll tal-karozza l-Erbgħa u kważi tilef jumejn ta’ prattika sakemm il-karozza l-oħra kienet qed tkun preparata. Is-Sibt hu prova biex jikkwalifika ħames darbiet fejn sofra puncture fl-ewwel attentat tiegħu. “Naħseb li ħassejt il-karozza aħjar mill-bieraħ u għalhekk kuntent bl-affarijiet li pruvajna,” qal Alonso qabel sar jaf li ma kkwalifikax.