Futbol Sport

Daqqa ta’ ħarta għal Inter li ġew milħuqa minn Atalanta, Juve jingħataw it-trofew ta’ Champions

Napoli bit-tieni post lest, u bl-Inter jafu li rebħa fis-San Paolo kienu jagħmlu ċert mit-tielet post fiċ-Champions League kollox deher li kienet se tkun partita, ddettata minn Inter, għax fuqhom kien l-interess. Madankollu kien it-tim ta’ Carlo Ancelotti li kiseb rebħa konvinċenti ta’ 4-1.

Napoli marru fil-vantaġġ wara 16-il minuta. Ballun fit-tul minn Kwadwo Asamoah, l-ballun jiġi għand Fabian Ruiz, li qassam lejn Piotr Zielinski, bil-Pollakk jispara bil-lemin fis-saqaf tax-xibka.

Fl-istess stadju tat-tieni taqsima, Dries Mertens irdoppja b’gowl ieħor mill-isbaħ. Huwa daħal bejn żewġ difensuri Interisti dbiex laħaq tajjeb kross ta’ Jose Callejon u b’daqqa ta’ ras mill-isbaħ għeleb lil Samir Handanovic.

Wara waslet id-doppjetta ta’ Fabian Ruiz. Fil-71 minuta huwa żmarka tajjeb biex tefa’ ġewwa kross ta’ Kevin Malcuit 7u dan wara li Handanovic ċaħħad lil Arek Milik. Il-gowl l-ieħor wasal fis-78 minuta, l-Ispanjol ħa ballun fil-kaxxa, b’Miranda jersaq lura, u b’xutt b’saħħtu għeleb lil Handanovic.

Inter skorkawm il-gowl ta’ konsolazzjoni ftit wara meta Mauro Icardi skorja mill-11-il metru wara li kien iffawljat fil-kaxxa. Issa kollox jiġi deċiż nhar il-Ħadd sabiex ikun magħruf min se jingħaqad ma’ Juve u Napoli fiċ-Champions League, bil-ġlieda tkun bejn Inter, Atalanta, Milan u Roma.

Fil-partita l-oħra Juventus salvaw punt fl-aħħar permezz ta’ Manzukic 10 minuti mit-tmiem wara li kien Josip Ilicic li fetaħ l-iskor fit-33 minuta għal Atalanta. Fid-90 minuta Juventus kellhom lil Federico Bernardeschi mkeċċi.