Il-piż tal-propjeta’ qed twassal biex ħafna nies jispiċċaw “b’id waħda wara u oħra quddiem”. Dikjarazzjoni li għamilha l-Prim Ministru fil-Ħamun waqt laqgħa politika taħt it-tinda.
Din kienet l-ewwel okkażjoni li fiha Muscat seta jirreaġixxi għall-aħbar li wieħed mis-suldati akkużati bid-delitt ta’ Lassana Cisse kellu kawża pendenti l-Qorti qabel daħal fl-armata. Iżda dwar dan, il-Prim Ministru ma qal assulutament xejn.
Fid-diskors tiegħu, Joseph Muscat qal li hu ma jiddejjaq xejn juri wiċċu, iżda naqas milli jġib raġuni waħda għaliex ħarab mid-dibattitu ta’ Xarabank nhar il-Ġimgħa li għaddiet.
//= $special ?>