Internazzjonali

Huawei titpoġġa fuq il-Blacklist

Il-Huawei f'pajjiżna.

Il-Google neħħa l-aċċess tal-Gmail, il-Google Maps u apps oħra minn fuq il-mowbajls Huawei. dan wara li l-President tal-Isatati Uniti Donald Trump poġġa lil Huawei fuq il-Blacklist.

Id-difiża Amerikana qalet din il-kumpanija tal-mowbajls, miċ-Ċina hemm ċans tintuża bħala pjataforma biex twettaq spjunaġġ fuq l-Istati Uniti.

Preżentament il-mowbajls li hemm fis-suq se jkollhom aċċess biss għal Google Play, iżda mhux se jkollhom aċċess biex jaġġornaw l-operating system tagħhom. L-istess Huawei tilfu l-aċċess ukoll tal-apps bħal Google Chrome u kif ukoll YouTube.

Din il-kumpanija wkoll kienet ġabet nuqqas ta’ qbil f’pajjiżna hekk kif l-insistenza tal-Gvern Soċjalista Malti biex juża’ t-teknoloġija tal-kumpanija Ċiniża Huawei għal proġett ta’ sorveljanza tal-massa f’Malta qajmet tħassib kbir.

Tant hu hekk li anke wieħed mill-uffiċjali Amerikani li jaħdmu fuq kwistjonijiet relatati mat-teknoloġija, wissa’ lil pajjiżna.

Robert Strayer kien stqarr li jekk kif jidher, din is-sistemà tiġi introdotta f’Malta, ir-riskju hu li l-informazzjoni miġbura tista’ tintuża għal skop li jmur lil hinn mill-intenzjonijiet oriġinali.