Diversi residenti minn San Ġiljan jinsabu urtati għad-deċiżjoni egoista u disprata minn Infrastructure Malta li se tkun qed iżżid it-traffiku u t-tniġġis fl-arja b’mod speċjali fl-inħawi ta’ Spinola Bay.
Is-Sindku ta’ San Ġiljan, Guido Dalli tkellem ma’ Net News wara li l-Kunsill Lokali ġie rrifjutat milli japplika pjanta ġdida ta’ Spinola Bay. Din il-pjanta kienet tikkonsisti fi ġnien għar-residenti u persuni oħra li jżuru din il-lokalità.
Madanakollu, Infrastructure Malta injora din it-talba u għamel pjanta oħra totalment differenti minn dak li kien qed jipproponi l-Kunsill Lokali.
Il-pjanta ta’ Infrastructure Malta se tkun qed taqbad tliet toroq u li eventwalment se jiltaqgħu kollha ħdejn Spinola Bay, b’riżultat li t-traffku kollu jinżel f’post wieħed. It-toroq li se jingħaqdu huma Church Street, Portomaso Street, u Spinola Road.
Guido Dalli saħaq li d-deċiżjoni se tkun qed toħloq diversi problemi, b’Infrastructure Malta flok taħseb fl-interessi tar-residenti, qed taħseb biss fit-traffiku … soluzzjoni li sfortunatament tistona hekk kif it-traffiku jidher li se jkun qed jiżdied flok jonqos.
Il-pjanti li saru mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan
//= $special ?>