Lokali

Joseph Muscat kuntent jidher fuq il-billboards flok għad-dibattiti

Filwaqt li Joseph Muscat kuntent li ‘wiċċu’ qed jidher fuq il-billboards fit-toroq, għandu jiftakar li kien hu li ma deherx u baqa’ ma tfaċċax għad-dibattitu fuq Xarabank il-ġimgħa li għaddiet, u beża’ jilqa’ l-istediniet li sarulu mill-Kap tal-Oppożizzjoni biex jiddibattitu. Dan sostnieh fi stqarrija l-Parit Nazzjonalista.

Jista’ jkun li ma riedx jiddibatti ma’ Adrian Delia fl-iktar programm popolari fuq l-istazzjoni nazzjonali għaliex fl-ewwel okkażjoni li kellu għal dibattitu bejniethom għamel gaffe kbira meta qal li għalih il-barranin tajbin biss biex jiġbru l-iskart.