Lokali

“Kien il-PN li biddel wiċċ il-kapitali” – Adrian Delia

Kien il-Partit Nazzjonalista li biddel il-Belt fejn sebbaħha b’mod li jista jarah kulħadd u investiment f’għadd ta’ proġetti li llum qed jagħtu l-frott u li taw il-ħajja lill-Belt kapitali.

Meta kien qed iżur Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia semma’ wħud mix-xogħolijiet li għamel kemm Gvern Nazzjonalista, kif ukoll il-Kunsill Lokali.C

Adrian Delia tkellem dwar il-benefiċċji li ġab Gvern Nazzjonalista grazzi ghal Valletta 18; beneficcji li Gvern Socjalista ma għarafx jisfrutta l-massimu tagħhom. C

Il-Kap tal-PN tkellem dwar l-importanza li l-kapitali Maltija tkun mmexxija minn Kunsill Nazzjonalista, għaliex dan dejjem ħadem biex biddel għal aħjar.

Adrian Delia irringrazzja lil kull min ħadem għall-Belt Valletta fosthom lis-Sindku preżenti u lill-ex Sindku Alexiei Dingli, li għamlu ħafna ġid għal kapitali Maltija.

Matul din iz-zjara, Adrian Delia sab il-ħin li jieqaf ikellem lil ħafna persuni li wasslulu messaġġ biex jibqa’ għaddej bil-kampanja biex jaqbeż għaż-żgħir. Il-Kap tal-PN kien akkumpanjat mis-Sindku tal-Belt Christian Micallef, kunsillieri u kandidati kemm għall-Kunsilli kif ukoll għall-Parlament Ewropew.