Lokali

Kundanna minn FOIPN dwar il-qtil ta’ Lassana Cisse

Il-Forum Opportunitajiet Indaqs Partit Nazzjonalista (FOIPN) jikkundanna bla ebda riserva l-qtil razzjali ta’ Lassana Cisse, li mill-investigazzjonijiet qed jirriżulta li nqatel biss minħabba l-kulur tal-ġilda.

Huwa saħqu li hija xi ħaġa tal-mistħija li f’pajjiżna wasalna f’dan il-punt, u għalhekk niddeploraw dan il-qtil imma wkoll infakkru li f’Malta jeżistu kurrenti razzisti, speċjalment fil-konfront ta’ nies mill-Afrika.

L-FOIPN jikkundanna kummenti bbażati fuq il-mibegħda razzjali, u jittama li l-poplu Maltin u Għawdxi jirrikonoxxi li l-politika tal-mibegħda twassal għal sitwazzjonijiet traġiċi.

Fakkru li jeħtieġ li nibqgħu nħarsu l-valuri u l-morali li kkaratterizzawna bħala poplu li jhenn u li dejjem offra l-għajnuna lin-nies fil-bżonn, f’soċjetà li jimpurtaha.