Il-Forzi Armati ta’ Malta, fi stqarrija maħruġa ftit tal-ħin ilu, ikkonfermaw li wieħed mis-suldati akkużati li qatlu immigrant f’Ħal Far iddaħħal fl-Armata minkejja li kellu każ pendenti quddiem il-Qorti.
L-Armata ġġustifikat dan billi qalet li Lorin Scicluna nstab ħati ta’ dan il-każ wara li laħaq suldat u tiddikjara wkoll li ġie ngaġġat xorta waħda għax ma jitqiesx bħala każ gravi li jimmerita tkeċċija.
Mill-istqarrija sar magħruf ukoll li ż-żewġ akkużati ta’ dan l-omiċidju daħlu fl-istess ingaġġ madwar sena u nofs ilu u kienu jaħdmu f’sezzjonijiet separati.
