Sport Sport Ieħor

Nadal u Pliskova jirbħu l-Open ta’ Ruma

Nadal

Rafael Nadal ta’ Spanja rebaħ l-34 ATP Masters fil-karriera tiegħu meta fil-finali tal-Open ta’ Ruma għeleb lis-seed numru wieħed Serb, Novak Djokovic b’żewġ sets għal wieħed. Nadal rebaħ l-ewwel sett 6-0, b’Djokovic jirrispondi fit-tieni wieħed 6-4. Fit-tielet u l-aħħar sett Nadal kien ħafna aħjar tant li rebħu 6-1.

Din il-finali kienet taqtiegħa interessanti għaliex kemm Nadal kif ukoll Djokovic kellhom 33 ATP Masters fil-karriera tagħhom, imma issa Nadal mar fuq quddiem. Is-Serb deher għajjien u mhux fis-solita’ forma tas-soltu. Anke hu ammetta li ma kienx fil-forma u tenna li kellu fejn jinqala’ qabel il-finali.

Fil-kategorija tan-nisa kienet Karolina Pliskova li rebħet fil-finali kontra l-Brittanika Johanna Konta meta rebħitilha f’żewġ sets 6-3 6-4, sabiex rebħet dan l-Open.

Pliskova li hi Ċeka ma tilfitx service game waħda sabiex b’hekk f’siegħa u 25 minuta rebħet it-tielet suċċess fuq art ramlija s’issa fil-karriera tagħha. Konta kienet kuntenza bil-prestazzjoni tagħha u issa mistennija tkun seeded fl-Open ta’ Franza.