Raġel ta’ 55 sena minn Birkirkara jinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-kontroll tal-quadbike bil-konsegwenza li baqa’ dieħel f’ċint. L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-għaxra u għaxra, fi Triq il-Belt Valletta, Ħ’Attard.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isfori minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>