Futbol Sport

Referee fil-Bolivja jmut wara li sofra minn attakk f’qalbu waqt logħba tal-kampjonat

Referee miet l-isptar wara li waqa’ fl-art f’logħba li ntlagħbet f’altitudni għolja. Victor Hugo Hurtado waqa’ fil-bidu tat-tieni taqsima f’logħba mill-kampjonat tal-Bolivja bejn Always Ready u Oriente Petrolero. Il-logħba ntlagħbet fil-Municipal Stadium, kważi 4,000 metru fuq il-livell tal-baħar.

It-tabib tat-tim Always Ready Eric Kosziner qal li r-referee ta’ 31 sena sofra minn attakk f’qalbu fil-pitch u attakk tal-qalb ieħor li kien fatali kien wasal fl-isptar. Filmati fuq il-media soċjali urew lil Hurtado jaqa’ lura fl-art qabel plejer u tobba tat-tim ġrew biex jgħinu.

Il-President tal-Bolivja Evo Morales Ayma bagħat il-kondoljanzi lill-familjari, ħbieb u kollegi. Il-logħba li sa dak il-ħin kienet 0-0, intemmet f’rebħa ta’ 5-0 għal Always Ready.