Sport Sport Ieħor

Samuele Andolina se jikkompeti fi Franza s-Sibt li ġej fi ġlieda K1

Il-Ħamis li ġej, l-atleta professjonali ta’ Team Noel Samuele Andolina se jkun qed iħalli pajjiżna biex jerġa’ jikkompeti f’isem Malta. Din id-darba hu se jieħu sehem fi Franza fis-serata Trophee De L’Ephebe Kickboxing li se ssir is-Sibt 26 ta’ Mejju. Hu se jkun akkumpanjat minn Matthew Brown f’isem Ying Yang Team Noel Kickboxing Club Fgura.

Andolina se jkun qed iħabbatha kontra l-Franċiż Clèment Androver fil-kategorija tas-57 kilogramm. It-taqbida se tkun waħda fuq livell professjonali, bl-udjenza preżenti se tgawsi tliet rawnds ta’ tliet minuti kull wieħed. Din il-ġlieda se tkun bir-regoli K1 u għalhekk l-atleti jistgħu jagħmlu użu mill-irkoppa.

Din mhux l-ewwel darba li Andolina kkompeta fuq livell daqstant għoli fejn rebaħ diversi titli differenti kemm f’isem l-Italja kif ukoll f’isem pajjiżna.