Lokali

“Taħt it-tmexxija tiegħi, pajjiżna huwa aktar sigur” – il-Kummissarju tal-Pulizija

Dan meta l-Maltin mhux qed iħossuhom siguri lanqas f'darhom stess

F’attività li kellu llum, il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar saħaq li minn meta ħa t-tmexxija tal-krop f’idejh, “pajjżna sar iktar sigur”.

Dan jikkontradixxi bil-qawwi mal-fatt li ħafna nies Maltin u Għawdxin jinsabu mħassba dwar in-nuqqas ta’ sigurtà fil-lokalitajiet tagħhom u f’darhom stess.

F’dawn l-aħħar xhur il-Kummissarju ġie ripetutament ikkritikat għall-mod kif il-pulizija mexxew il-pretensjonijiet ta’ improprjetà finanzjarja speċjalment dawk li jinvolvu lill-Kap tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri.

Il-Pulizija kienet ikkritikata wkoll dwar kif mexxiet il-każ tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, fejn l-allegati qattiela kienu arrestati u mixlija f’inqas minn tliet xhur iżda l-moħħ ewlieni wara dan il-każ għadu ma ġiex identifikat.