Żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident fejn gaffa waqgħet żewġ sulari fil-Qawra.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermaw ma’ NetNews li l-każ seħħ fi Triq it-Tamar għall-ħabta tal-10.10am. Jidher li l-gaffa li kienet qed tkun misjuqa minn raġel ta’ 55 sena minn San Pawl il-Baħar waqgħet żewġ sulari f’sit ta’ kostruzzjoni. Raġel ieħor, ta’ 23 sena minn Pembroke, mar sabiex jgħin lir-raġel li kien involut fl-inċident u ndarab hu wkoll.
Ambulanza ġiet imsejħa fuq il-post u immedjatament ħadet liż-żewġ irġiel l-isptar.
//= $special ?>