Lokali

“Xogħol ta’ kafkaf ġimgħa qabel l-elezzjoni biex ir-residenti jinxtraw bil-voti” – Sindku tal-Mosta

Residenti Mostin ingannati mill-Gvern hekk kif il-problema tal-għargħar se tikber minflok tonqos.

Residenti fi Triq il-Kungress Ewkaristiku stenbħu b’numru ta’ trakkijiet ma’ wiċċhom hekk kif beda jsir xogħol f’din it-triq … xogħol ta’ kafkaf ftit jiem qabel l-elezzjonijiet.

Is-Sindku tal-Mosta, Keith Cassar mhux joġġezzjona li jsir ix-xogħol f’din il-lokalità iżda kien innutat li dan ix-xogħol li għadu kemm jibda qed isir b’azzjoni ta’ dispirazzjoni għall-voti u li mhux talli mhux se jsolvi l-problemi, talli se jżiedhom.

Dan ix-xogħol, li qed isir minn Transport Malta, huwa xogħol ta’ ingann biex jinbidel il-gandott iżda jidher li n-nuqqas ta’ żmien ta’ ħsieb ġimgħa qabel l-elezzjoni tal-Kunsill Lokali wassal biex se tkun qed titpoġġa katusa bil-wisq iżgħar mill-‘mina’ li hemm preżenti.

Dan wara li Kandidat Laburista wiegħed fuq il-paġna ta’ Facebook li se jkun qed jindirizza l-problema tal-għargħar. Wiegħda li kienet appoġjata mill-Ministru tal-Infrastruttura, Ian Borg.

Email li tikkonferma li jista’ jingħata bidu għax-xogħol ta’ kafkaf ftit jiem qabel l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali