Lokali Qorti

Żagħażugħ mixli li kien jaħdem għal Jordan Azzopardi fuq droga

Żagħażugħ ta’ 24 sena minn Ħaż-Żabbar ġie mixli li kien jaħdem għal Jordan Azzopardi, li bħalissa jinsab l-ħabs fejn qed jiġi akkużat bi traffikar ta’ droga u ċirkulazzjoni ta’ flus foloz. Luke Farrugia, li huwa diżokkupat, ingħata l-liberta’ proviżorja wara li wieġeb mhux ħati li huwa nvolut fid-droga.

Huwa ġie mixli li pporkura d-droga kokaina u eroina u li wkoll ġie mixli li kellu fil-pusses tiegħu l-kokaina u l-kannabis. Huwa ġie mixli wkoll li kkaġuna ġrieħi gravi fuq raġel li għandu vizzju qawwi tad-droga, li hija kokaina, l-istess persuna li xehed fil-każ ta’ Jordan Azzopardi u li kien allega li ġie msawwat minn Jordan Azzopardi nniffsu u tnejn minn nies tiegħu. Farrugia ġie mixli wkoll li sar riċediv.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Mark Anthony Mercieca qal fil-Qorti li Farrugia kien ġie arrestat fit-18 ta’ April u li ngħata l-“police bail” sakemm ikunu magħrufa r-riżultati tal-analażi tad-DNA li ttieħdu mix-xena tal-post minn naħa ta’ l-iskwadra ta’ Kontra d-Droga li mexxew l-operazzjoni li wasslet għall-arrest ta’ Jordan Azzopardi.

Talba għal liberta’ proviżorja kienet oġġezzjonata mill-Prosekuzzjoni u dan għax persuna ċivili għad trid tixhed fuq il-każ. L-Avukat tad-difiża Roberto Montalto qal li jidher li hem il-biża’ li xi ħadd ibgħabas mal-evidenza, biex il-liberta’ proviżorja ma tiġix fis-seħħ. Huwa qalm li din mhux bażi biżżejjed biex wieħed ma jingħatax il-ħelsien mill-arrest.   

Aktar minn hekk, l-akkużat li qed jistenna li jingħata l-liberta’ proviżorja fuqn proċeduri separati, kkopera bis-sħiħ mal-Pulizija u li ma tellef xejn mill-investigazzjonijiet, kompla jgħid l-Avukat Montalto.  Il-Maġistrat Charmaine Galea laqgħet t-talba, fuq depożitu ta’ €1,000, u garanzija personali ta’ €10,000, u li jibqa’ ġewwa bejn il-11pm u s-6am.