Mill-preistorja saż-żmien ta’ llum … l-istorja tal-Mosta miġbura f’żewġ kotba.
Il-Kunsill Lokali tal-Mosta tul dawn l-aħħar xhur ħadem sabiex l-istorja tal-Mosta tkun ippublika f’żewġ kotba; wieħed b’dettalji dwar l-istorja, filwaqt li l-ieħor jiġbor fih diversi ritratti tar-raħal.
L-ewwel ktieb, ‘Il-Mostin bejn Fidi u Storja’ jiddiskuti diversi temi u esperjenzi li għaddiet minnhom din il-lokalità. Ktieb miktub minn Mosti, George Cassar li mhux biss addattah għall-adulti iżda wkoll għal tfal ta’ kull etA.
It-tieni tnedija ta’ ktieb ġewwa l-Mosta sar il-ġimgħa l-oħra li fih jiġbor diversi ritratti privati ta’ kollezzjoni ta’ okkażjonijiet speċjali bejn l-1860 u l-1980.
Il-Mosta hija lokalità fiċ-ċentru ta’ Malta fejn maż-żmien minn raħal żgħir kiber b’popolazzjoni ‘il fuq minn 20,000 persuna. Din il-lokalità hija magħrufa b’mod speċjali għall-Bażilika ta’ Santa Marija li hija t-tielet l-ikbar koppla fid-dinja, maghrufa bhala r-Rotunda.