It-Tnejn filgħaxija il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia indirizza attivita socjali ohra li saret fil-Każin tal-PN f’Birkirkara.
Adrian Delia saħaq illi hemm bżonn li Birkirkara jerġa’ jkollha maggoranza tal-Partit Nazzjonalista hekk kif il-Kunsill Lokali immexxi mill-Partit Laburista m’għamel xejn għar-residenti. Hu wiegħed li l-kandidati tal-Partit Nazzjonalista għandhom tim enerġetiku f’din il-lokalità.
Hu insista li min ma jivvutax se jivvota lil Joseph Muscat, li qed imexxi Gvern tiegħu nnifsu.
Adrian Delia saħaq li l-Partit Nazzjonalista jemmen fin-nies, fil-Kunsilli Lokali u f’pajjiżna Ewropew… li kapaċi jibbenifika ħafna mill-Unjoni Ewropea.
Hu qal li Muscat ħataf lil pajjiżna u qed jagħmel biss dak li jaqbel lilu.
Preżenti kien hemm Membri Parlamentari Ewropej, kandidati, u deputati tal-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>