Futbol Sport

Graham Potter jinħatar manager ta’ Brighton

Graham Potter inħatar manager ta’ Brighton b’kuntratt ta’ erba’ snin wara li l-klabb fetaħ klawsola biex jinħalla mill-kuntratt li kellu ma’ Swansea. It-tim minn Wales kien offra kuntratt lil Potter f’attentatt biex ineħħu l-interess mis-Seagulls li keċċew lil Chris Hughton kif intemm il-Premier League.

Iżda wara li t-tim taċ-Championship irrifjutaw l-interess ta’ Brighton, ilbieraħ Potter kompla din il-bidla meta ffirma kuntratt ta’ erba’ snin u kien preżentat lill-media lbieraħ wara nofsinhar. Billy Reid, Bjorn Hamberg u Kyle Macaulay se jkunu qed jingħaqdu miegħu bħala parti mill-istaff tekniku.

Fl-ewwel kummenti tiegħu, Potter qal li interessatu l-viżjoni fit-tul u l-passjoni li ntweriet miċ-chairman tal-klabb Tony Bloom. Iċ-chairman ta’ Brighton kien stqarr li ried jaħtar manager kemm jista’ jkun malajr biex jgħin fil-preparazzjoni u l-ippjanar għall-istaġun li jmiss.